Dwal, kamera, azzjoni! IRBAĦ għotja biex tagħmel il-film qasir tiegħek

Dwal, kamera, azzjoni! IRBAĦ għotja biex tagħmel il-film qasir tiegħek

Trid tirrakkonta l-istorja #EUandME tiegħek? Taħseb li kapaċi tilqa’ l-isfida ta’ kitba u direzzjoni ta’ film qasir bl-għajnuna ta’ direttur Ewropew rebbieħ ta’ premjijiet f’dan il-qasam? Interessat li tara l-idea tiegħek tingħata l-ħajja fuq l-iskrin? Nintroduċu l-Kompetizzjoni Diretturi Żgħażagħ tal-Films #EUandME!

Minn taħriġ għal vjaġġar,  għal tiftix fuq l-internet biex issalva d-dinja, li tgħix fl-Unjoni Ewropea jipprovdi opportunitajiet bla tarf biex tagħmel dak li jogħġbok – irrelevanti fejn jista’ jwasslek.

Qed nitolbu diretturi tal-films żgħażagħ biex  juru l-iSpielberg li hemm fihom billi jiktbu u jidderiġu film qasir, tul massimu ta’ 5 minuti, relatat mal-impatt tal-Unjoni Ewropea fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni.

Tista’ tkun vjaġġatur entużjast ispirat mid-drittijiet li l-UE tagħtik bħala passiġġier? Jew espert fit-tisjir li ma tixba’ qatt mid-delikatezzi reġjonali protetti mill-UE? B’liema mod l-UE tikkontribwixxi f’ħajtek, qed nistiednuk li tiċċelebra permezz ta’ film qasir.

Il-film irid ikun marbut ma’ wieħed mill-ħames temi tal-kampanja #EUandME: Diġitali, Mobiltà, Ħiliet u Negozju, Sostenibbiltà jew Drittijiet.

Ħames rebbieħa fortunati se jirċievu għotja ta’ €7,500 kull wieħed biex jagħtu ħajja lill-idea tagħhom.

Biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni, għandek bżonn tliet affarijiet:

  • Żewġ sinossi ta’ 500 kelma dwar il-film propost tiegħek, waħda miktuba bl-Ingliż u waħda miktuba fil-lingwa nattiva tiegħek.
  • Żewġ vidjows ta’ 60 sekonda, miġbuda mill-ismartphone tiegħek, li jispjegaw il-ħsieb wara l-film tiegħek. Wieħed għandu jkun bl-Ingliż, l-ieħor fil-lingwa nattiva tiegħek.
  • Link għal film qasir li diġà għamilt f’dawn l-aħħar 5 snin.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni, aqra r-regoli u l-formola tal-applikazzjoni mil-link li ġej: https://europa.eu/euandme/mt/yfc/

Id-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-31 ta’ Ottubru 2018 f’12.00 CET

Għandek bżonn xi ispirazzjoni? Tista’ tara ħames films miġbuda minn diretturi tal-films professjonali dwar l-istess temi hawn.  Ir-rebbieħa se jirċievu wkoll l-opportunità li jkunu segwiti minn wieħed minn dawn il-ħames diretturi rebbieħa ta’ premjijiet.

Ġħamel kuntatt magħna jekk ikollok xi mistoqsijiet. Nawgurawlek l-aqwa risq fl-applikazzjoni tiegħek.

L-isbaħ xewqat,

It-tim #EUandME

COMM-EUANDME@ec.europa.eu